L-eks-President ta’ Malta, Dr Eddie Fenech Adami, id-Deputati Ewro-Parlamentari Simon Busuttil u l-Prof Edward Scicluna, il-Professur Oliver Friggieri u l-ekonomista Gordon Cordina huma wħud mill-kelliema f’sensiela ta’ seba’ laqgħat li qed jittellgħu mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija dwar l-importanza tal-familja fis-soċjetà tal-lum.
Bit-tema “It-Tisħiħ tal-Familja”, il-laqgħat għandhom l-għan “li ngħinu l-istudenti u l-pubbliku inġenerali jagħrfu l-importanza ta’ stili ta’ ħajja u valuri li jgħinu l-familja Maltija tikber fl-unità u l-imħabba”.
L-ewwel laqgħa saret nhar it-Tlieta li għadda fejn l-awtur u poeta Oliver Friggieri tkellem dwar “Il-valur tal-familja għadu jagħmel sens illum?”
AGĦFAS HAWN biex tkompli taqra dan l-artiklu fuq is-sit www.il-gensillum.com