Data: Is-Sibt, 21 ta’ Jannar 2012

Post: WOW Millennium Chapel – Paceville

Ħin: 9.15am – 12.30pm

Prezz: €7.00 (prezz issussidjat li jinkludi l-kafe/te’)

Bħala parti mill-programm ta’ ongoing formation ikkoordinat mis-Segretarjat għall-Katekeżi, flimkien mal-KDŻ u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, din is-sena sa jiffokkaw ħafna fuq is-sinteżi bejn il-fidi u l-kultura. Għal dan il-għan qed jorganizzaw Seminar bit-tema: It-Teatru… il-Karattru. Il-għan ta’ dan is-seminar huwa li l-Operaturi Pastorali u dawk kollha nvoluti fil-ħidma mal-adolexxenti/żgħażagħ, flimkien ma’ dawk li huma nvoluti magħhom fil-qasam tat-teatru, jistaqsu u jifhmu l-isfidi li din il-kultura toffri bħal: X’nifhmu eżatt bl-arti u l-kultura tat-Teatru? Kif it-teatru jista’ jsawwar valuri u prinċipji sodi fil-kultura prevalenti? Fl-istorja tal-Knisja liema huma dawk il-paradigmi fejn intuża t-teatru fit-tiswir tal-karattru u tal-kultura? X’jinvolvi l-proċess lejn il-“performance”? X’jagħmel “performance” tajba? X’jista joffri t-Teatru fit-tiswir talkarattru? Il-kitba ‘teatrali’ xi sfidi toffri lill-kultura prevalenti sabiex din titjieb fid-diversi dimensjonijiet tagħha? Il-kitba Maltija u l-“performance” tagħha, x’għandha x’toffri lill-kultura, lill-adolexxenti/żgħażagħ tagħna llum u għada? It-Teatru jgħin biex wieħed jagħraf jasal għall-verita` ta’ dak li tassew hu fil-karattru tiegħu? Kif wieħed jista’ jwassal l-arti u xjenza tal-“performace” bħala għodda fil-formazzjoni sħiħa tal-persuna? B’dawn u bosta mistoqsijiet oħra jixtiequ jistednukom għal dan is-seminar bis-sehem ta’ panel imtella’ min-nies professjonisti f’din il-kultura, arti u xjenza teatrali.

Il-kelliema ewlenin sa jkunu: Prof. Rev Fr Peter Serracino Inglott, Prof. Dr John Schranz, Dr Marco Galea, Mr Mario Micallef, u Ms Daniella Micallef. Il-parteċipanti se jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-ħin tad-diskussjonijiet.

Min hu interessat li jattendi, flimkien mal-applikazzjoni jibgħatt ċekk ta’ €7.00, indirizzat lill-KDŻ, 492/3, Triq il-Kbira San

Ġużepp, Sta. Venera, SVR 1014. Data ta’ l-Għeluq: Mhux aktar tard mill-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2012.

Għall-aktar dettalji: Fr. Marco Portelli fuq 21484506 u/jew Sr. Alexandra Chircop fuq 22039408/21223949

Jew żuru s-sit tal-KDŻ: www.kdz.org.mt u/jew tas-Segretarjat għall-Katekezi: www.katekezi.org.mt