-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi ser jilqgħu lill‑awtoritajiet tal‑Istat u lill‑korpi kostitwiti għall‑bdil tal‑awguri tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, it-Tlieta 27 ta’ Diċembru, fil‑Palazz tal‑Arċisqof, il‑Belt Valletta.
-
-
Fl‑okkażjoni tal‑festi ta’ żmien il‑Milied u l‑bidu tas‑Sena l‑Ġdida, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi ser jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal‑awguri tal‑istaġun, il‑Ġimgħa 30 ta’ Diċembru bejn l‑10:00 a.m. u nofsinhar.
Kif isir kull sena, il‑bdil tal‑awguri ser isir fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il‑bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vinċenzo Buġeja. Dakinhar, għall‑ħabta tal‑10:30 a.m., l‑Arċisqof Scicluna jwassal messaġġ lil dawk preżenti.