L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tawh il-mewt billi dendluh mal-għuda tas-Salib; imma Alla qajmu mill-imwiet fit-tielet jum” (Atti 10:39-40). Aħna xhud ta’ dan kollu. “Lilna ordnalna biex inxandruh lill-poplu u nixhdu li dan hu dak li Alla għamlu mħallef tal-ħajjin u tal-mejtin” (Atti 10:42). L-istqarrija ta’ Pietru hi l-fidi tal-Knisja, li aħna qed niċċelebraw. Hi l-fidi li tikkonferma wkoll is-silta tal-Evanġelju li għadna kemm smajna. Hemm żewġ dixxipli li jħaffu fl-għodwa tal-ewwel jum tal-ġimgħa, lejn qabar vojta: Pietru u d-dixxiplu l-maħbub. U jsibu mhux prova li tneħħilek kull dubju, imma stedina. Stedina biex jidħlu f’qabar fejn kien midfun Ġesù ta’ Nazaret, u fejn seħħ l-aqwa żvilupp li jista’ qatt iseħħ; l-aqwa progress li jista’ qatt iseħħ; l-aqwa mument ta’ evoluzzjoni, biex nissellef silta mid-diskorsi tal-Papa Benedittu, li jista’ seħħ lill-umanità. Il-qawmien tal-ġisem, il-Qawmien mill-Imwiet. Il-Mulej ma jirritornax mill-mewt għall-ħajja ta’ qabel; imma jgħaddi minn bieb il-mewt, għall-eżistenza tal-qawmien. U miegħu jiġbed lilna, miegħu jiġbed lill-għeżież tagħna li ħallewna, jiġbed lil dawk li ġejjin warajna. Huma wkoll, bħalma jgħaddu biex jitwieldu għal din il-ħajja mill-bieb tal-ġuf, iridu wkoll bħalna, jgħaddu mill-bieb tal-mewt. Imma dak il-bieb tal-mewt, mhuwiex bieb fuq fondoq, imma hu bieb miftuħ għall-ħajja. U din hi l-fidi tagħna, dan li qed niċċelebraw illum.

Fid-djalogu tas-sekwenza tal-Għid, lil Marija ta’ Magdala ngħidulha: “Imma int, x’rajt? Rajt ix-xhieda, rajt il-qabar, rajt il-liżar. Dawn mhumiex xi ħaġa li ġġiegħlek temmen bilfors. Huma sinjali, jindikaw proposta, proposta ta’ fidi. Aħna nemmnu fl-Irxoxt, għax l-evidenza mhijiex xi ħaġa li tisforza ruħha fuqna, imma hu lingwaġġ li tifhmu biss il-qalb. Il-qalb li tara dak li ma jidhirx, li temmen dak li diffiċli tifhmu bl-evidenza empirika.

Illum, ejjew nitolbu lill-Mulej biex jippurifika l-qalb tagħna, jiftaħ il-qalb tagħna beraħ, biex nilqgħu l-preżenza tal-Imgħallem imsallab u rxuxtat; u fuq id-dinja llum, nitolbu d-don tal-paċi. Paċi li hi fi kriżi totali fuq livell internazzjonali; imma anke dak tas-soċjetà, u fl-individwi. It-tislima tiegħu hi: “Il-paċi magħkom” (Ġw 20:19). U dak hu l-frott tal-Irxoxt, il-paċi tal-qalb li ġġib il-maħfra tad-dnubiet mir-rikonċiljazzjoni. Mill-fatt li aħna nħarsu lejn il-pjagi tiegħu; u nifhmu li fih, u permezz tiegħu, anke l-pjagi tagħna huma trasformati.

The words of Peter at Pentecost are a summary of the faith of the Christian community. “This man, God raised him from the dead on the third day, and caused him to be seen. He was seen by all the people, but by witness whom God has already chosen – by us who ate and drank with him after he rose from the dead” (Acts 10:40-41). Peter is suggesting that had this extraordinary experience of intimacy with the Risen Lord. And this we can also share it, in the blessings of the Eucharist, as we receive the Body and Blood of the Lord Jesus Christ. We eat and drink, in the communion with the Risen Lord, our hope.

As we celebrate this faith, we pray that the Lord may purify our hearts, because it is with the heart, that we see the invisible that we can meet the Risen Lord. It is in our hearts, that He comes to reconcile us with the Father. It is in the heart that comes to heal our wounds, and transform them in wisdom and compassion.  

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta


Qari tal-quddiesa
Qari I: Atti 10:34a,37-43
Salm: 117 (118):1-2,16ab-17,22-23
Qari II: Kol 3:1-4
L-Evanġelju: Ġw 20:1-9 

Aktar ritratti