Is-seba’ u l-aħħar riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Arċisqof Charles Scicluna fuq it-tema Ġużeppina ‘Missier Veru.’ L-Arċisqof Scicluna jirrifletti fuq ir-rwoli tal-omm u l-missier, li għalkemm differenti, huma t-tnejn tant essenzjali għall-formazzjoni ta’ kull persuna. L-Arċisqof ifakkarna wkoll li anke meta l-ġenituri ma jkunux preżenti f’ħajjitna, il-paternità tal-Missier li hu fis-smewwiet tibqa’ dejjem ix-xempju tal-ħniena u ta’ mħabba lejn kulħadd, hu min hu u hi min hi, għax Alla ma jiddiskriminax.
Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021. Is-Sena Ġużeppina tnediet mill-Papa Franġisku permezz tal-Ittra Appostolika Patris Corde. Din l-ittra tmiss ma’ seba’ temi mill-ħajja tal-maħbub San Ġużepp.
Għal iktar tagħrif dwar Behold, żur il-paġna ta’ Facebook jew Instagram, fejn tista’ ssib akkumpanjament fit-talb kuljum. Agħfas hawn biex tinkiteb fin-newsletter li tintbagħat darba fil-ġimgħa bi tħejjija għall-Ħadd. Tista’ tibgħat il-mistoqsijiet u s-suġġerimenti tiegħek fuq [email protected].