It-tieni riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Isqof t’Għawdex, Anton Teuma fuq it-tema Ġużeppina ‘Xbieha tal-Ħniena tal-Missier’. L-Isqof Teuma jirrifletti dwar xi tfisser tkun missier tajjeb fid-dinja tal-lum u l-isfidi tal-paternità, jaqsam ħsibijietu dwar kif nistgħu nifhmu li Ġesù kellu Missier fis-sema u missier fuq l-art.

Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021. Is-Sena Ġużeppina tnediet mill-Papa Franġisku permezz tal-Ittra Appostolika Patris Corde. Din l-ittra tmiss ma’ seba’ temi mill-ħajja tal-maħbub San Ġużepp.


Għal iktar tagħrif dwar Behold, żur il-paġna ta’ Facebook jew Instagram, fejn tista’ ssib akkumpanjament fit-talb kuljum. Agħfas hawn biex tinkiteb fin-newsletter li tintbagħat darba fil-ġimgħa bi tħejjija għall-Ħadd. Tista’ tibgħat il-mistoqsijiet u s-suġġerimenti tiegħek fuq [email protected].