Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, ġie diskuss l-ikbar kmandament tal-imħabba fejn issemmiet is-sentenza ta’ San Ġwann tas-Salib li f’sitwazzjonijiet fejn ma tħossx imħabba, ibda inti billi tpoġġi l-imħabba u hemmhekk issib l-imħabba.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Charles Tabone u Miriana Fenech Caruana. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 22, 34-40
Wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”. Qallu Ġesù: ““Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. U it-tieni jixbhu: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek”. Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar