-
-
Fl-okkażjoni tas-Solennità tal-martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl (l-Imnarja), il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-Katidral tal-Imdina ser ikun kif ġej. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ser jitmexxew mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
L-Erbgħa 28 ta’ Ġunju 2017
5:15pm: Il-Kapitlu Metropolitan joħroġ proċessjonalment għall-Palazz tal-Arċisqof biex jakkumpanja u jwassal lill-Arċisqof Charles J. Scicluna sal-Katidral.
5:45pm: Translazzjoni tar-Relikwi.
6.00pm: Quddiesa bl-Ewwel Għasar Pontifikali.
Il-Ħamis 29 ta’ Ġunju 2017
7.00am: Tifħir ta’ sbiħ-il jum kantat.
7.30am: Jasal l-Arċisqof Scicluna.
7.45am: Purċissjoni għall-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl ir-Rabat u lura għall-Katidral. Immexxi Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna.
9.30am: L-Arċisqof flimkien mal-Kapitlu Metropolitan imexxi Quddiesa Pontifikali.
5.00pm: It-Tieni Għasar kantat, repożizzjoni tar-relikwiji u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Imexxi Monsinjur Dun Alwiġ Deguara.
6.00pm: Quddiesa tal-ħin.