•  

    Nhar it-Tlieta li ġej, 9 ta’ Mejju 2017, il-Knisja f’Malta tiċċelebra l-festa tal-ewwel qaddis Malti, San Ġorġ Preca. 

    16-il sena ilu, fid-9 ta’ Mejju 2001, il-Fosos tal-Furjana kienu ppakkjati bin-nies, ilkoll preżenti għall-beatifikazzjoni ta’ San Ġorġ Preca, li sitt snin wara waslitu għall-kanonizzazzjoni. 

    Għal din l-okkażjoni, fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża (il-Kappella tal-MUSEUM), il-Blata l-Bajda se jsiru dawn iċ-ċelebrazzjonijiet:

     
    Il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju
    6:00pm – Quddiesa tal-Ewwel Jum tat-Tridu, iċċelebrata minn Dun Andrew Borg.
     
    Is-Sibt 6 ta’ Mejju
    6:00pm – Quddiesa tat-Tieni Jum tat-Tridu, iċċelebrata minn Dun Hector Scerri.
     
    Il-Ħadd 7 ta’ Mejju
    6:00pm – Quddiesa tat-Tielet Jum tat-Tridu, iċċelebrata minn Patri Ivan Attard O.P.
     
    It-Tnejn 8 ta’ Mejju
    6:00pm – Quddiesa ta’ lejlet il-festa, iċċelebrata minn Dun Kevin Schembri.
    Wara l-Quddiesa, il-Kappella tibqa’ miftuħa sal-10:00pm.
     
    It-Tlieta 9 ta’ Mejju
    7:30am – Quddiesa iċċelebrata minn Dun Tancred Sultana. Dakinhar, il-Kappella tibqa’ miftuħa sa 12:00pm u mill-4:00pm sad-9:00pm. Kulħadd mistieden isib ħin biex jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Gorg Preca. 
     
    6:30pm – Quddiesa tal-Festa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun, iċċelebrata minn Dun Kevin Schembri.