Ħsieb żgħir ispirat minn dan l-Evanġelju li juri kemm Ġesù mhux biss interessat fil-fejqan tagħna imma anke fin-nutriment tagħna. “Agħtuhom intom x’jieklu” (Lq 9:13).

F’dan il-kmand hemm ukoll il-misteru kbir tal-Ewkaristija li qed niċċelebraw. Il-qawwa li Ġesù poġġa fil-knisja tiegħu li l-ġisem u d-demm tiegħu jingħata bħala ikel u xorb spiritwali. “Agħtuhom intom x’jieklu” (Lq 9:13).

Ejjew nitolbu biex l-Ewkaristija tkun l-ikel li jmexxina lejn is-sema. Ejjew nitolbu biex aħna nixxenqu għal dan l-ikel spiritwali. “Kull min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih” (Ġw 6:56). Ejjew nitolbu biex aħna nibqgħu nipparteċipaw f’dan il-misteru sal-aħħar vjaġġ fuq din l-art.

Isem sabiħ tal-Ewkaristija hu Viaticum: il-ħobż li jmantnina fi triqitna. U l-aħħar tqarbina li aħna niehdu fuq din l-art hi il-viaticum, it-t-tqarbina li takkumpanjana għall-vjaġġ tagħna lejn is-sema u lejn l-eternità.

Fuq is-santa tal-Prima Messa ta’ San Ġorġ Preca kien hemm miktub din il-frażi bit-Taljan: ‘O Gesu sia per me la dolcezza e la gioia della mia vita.’

Bil-Malti nitolbuha ħafna din il-frażi: ‘O Ġesù Ewkaristija, kun int il-ferħ u l-hena ta’ ħajti kollha.’

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta


Qari tal-quddiesa
Qari I: 2 Kor 11:1-11
Salm: 110 (111):1-2,3-4,7-8
L-Evanġelju: Mt 6:7-15

Aktar ritratti