Matul il-ġimgħat li ġejjin, is-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat għal-Lajċi se jkun qed jorganizzaw tmien laqgħat ta’ talb għall-familji.

Dawn il-laqgħat huma indirizzati għall-Insara Maltin kollha u matulhom, lajċi, saċerdoti u reliġjużi se jkunu qed jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha.

Il-laqgħat se jkunu jinkludu r-rużarju tal-familja u adorazzjoni Ewkaristika.

Il-laqgħat se jsiru fi tmien lokalitajiet differenti madwar Malta u kull darba jkunu indirizzati b’mod speċjali għal persuni minn unitajiet pastorali fil-viċin.

L-ewwel minn dawn il-laqgħat saret nhar it-Tlieta 5 ta’ April għal dawk mil-lokalitajiet tal-Fgura, Marsaskala, u Ħaż-Żabbar. Il-laqgħa saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaskala.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com