Nhar it-Tlieta 17 ta’ Mejju saret laqgħa oħra ta’ Talb għall-Familji. Din saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġia sehem tal-Parroċċi ta’ Gudja, Għaxaq,Marsaxlokk u Żejtun li jiffurmaw parti mill-istess Unità 15.
Dawn il-laqgħat qed jiġu organizzati mis-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat tal-Lajċi li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna. F’dawn il-laqgħat tintalab it-Talba tar-Rużarju tal-Familja u Adorazzjoni Ewkaristika.
Laqgħa oħra bħal din ser issir nhar it-Tlieta 24 ta’ Mejju fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan bis-sehem tal-Parroċċi ta’:
Unità 9: Gżira, Msida, Ta’ Xbiex
Unità 10: Ballta, Sliema Ġesù Nazarenu, Sliema Sacro Curo, Sliema Stella Maris
Unità 11: Ibraġ, Pembroke, San Ġiljan, San Ġwann