Is-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat għal-Lajċi qed jorganizza Laqgħat ta’ Talb għall-Familji li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna. F’dawn il-laqgħat tintalab it-Talba tar-Rużarju tal-Familja u Adorazzjoni Ewkaristika.
L-ewwel laqgħa saret fil-Parroċċa ta’ Marsascala nhar it-Tlieta 15 t’April 2011 u oħra nhar it-Tlieta 12 t’April 2011 fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan , Qormi saret Laqgħa ta’ Talb għall-Familji li għaliha attendew numru sabiħ ta’ nies mill-Parroċċi ta’:
Unità 4 : Attard, Iklin, Lija
Unità 5 : Dingli, Mdina, Mtarfa, Rabat
Unità 6 : Qormi San Sebastjan, Qormi San Ġorġ, Siġġiewi, Żebbuġ
Laqgħa oħra bħal din ser issir nhar it-Tlieta 19 t’April fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar bis-sehem tal-Parroċċi ta’:
Unità 7 : Għargħur, Mġarr, Mosta, Naxxar
Unità 8 : Burmarrad, Manikata, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra