• Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Awwissu, fit-Teatru Embassy il-Belt Valletta, sar special screening tal-film ‘Pope Francis – A man of His Word’ li d-dħul minnu kien kollu b’risq Caritas Malta.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna u Caritas Malta jixtiequ jesprimu l-gratitudni tagħhom lejn KRS Realeasing Ltd, Embassy Cinemas u Universal Pictures ta’ dan il-ġest ferm sabiħ biex l-entità Caritas mhux biss kellha opportunità li tirċievi d-dħul kollu li sar minn dan l-ispecial screening, imma wkoll li tesperjenza film b’ħafna messaġġi tant qawwija. Għal min attenda kienet opportunità ta’ ispirazzjoni u riflessjoni dwar dan il-mexxej tal-Knisja Kattolika.

    F’dan il-film il-Papa, jagħti messaġġ qawwi ta’ kompassjoni, għaqda u umanità. Wenders ikompli jgħid li fid-dinja tal-lum hija ferm diffiċli, speċjalment għall-politiċi, li jipprattikaw dak li jippritkaw, imma għall-Papa Franġisku taħdem differenti; mhux biss huwa rappreżentant tal-Kristjani u l-Kattoliċi imma tal-umanità kollha inġenerali.

    Fi tweet li għamel l-Arċisqof ta’ MaltaCharles J. Scicluna qal: Just Finished watching a Special Screening of Wim Wenders’ Docu-Film on Pope Francis. Could not hold back the tears. Very moving indeed!

    Huwa ħeġġeġ ukoll biex f’dawn il-ġranet li se jkun qed jintwera dan il-film fis-swali kollha lokali taċ-ċinema, ħadd m’għandu jitlef din l-opportunità li jarah.

    Il-film inħareġ fil-ħames anniversarju tal-Papa Franġisku u se jagħti togħma perfetta ta’ dak kollu li ħadem għalih dan il-Papa.

    Id-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt, fi tmiem dan id-doku-film ikkummenta  dwar kemm il-Papa għandu kliem li jqanqal u eżempju li jkaxkar. Tolqtu kemm: “lil Papa tweġġgħu li 80% tal-ġid dinji qiegħed f’idejn 20% tal-popolazzjoni dinjija u kif il-Papa jitlob lil kull bniedem biex ma jkunx indifferenti għal ħuh jew oħtu fil-bżonn. Għal Papa tistona li hawn min hu mnieħru fix-xgħir u fl-istess ħin tant nies imutu bil-guħ. Il-Papa jagħmel talba  biex ma nkunux indifferenti wkoll għal ħsara ambjentali li ġejja mill-kultura tal-ħela. Jitlobna biex ma nibqgħux inħarsu wiċċna n-naħa l-oħra”

    Irringrazzja wkoll lill-Arċisqof Charles J. Scicluna, lid-diriġenti ta’ KRS Releasing Ltd, Embassy Cinemas u Universal Pictures ta’ dan il-ġest ferm sabiħ li jkompli jsaħħaħ is-servizzi ta’ Caritas Malta lejn is-soċjetà li huma kollha bla ħlas.

    10