Il-Papa Benedettu Sittax qal li Ġesu huwa l-Kelma t’Alla u li permezz tagħha il-bniedem jista’ jagħmel mill-volonta t’Alla il-ħobż tiegħu ta’ kuljum. Waqt il-messaġġ tiegħu tal-Anġelus minn Castelgandolfo, il-Papa spjega kif huwa biss f’Alla li l-bniedem isib it-triq tal-ħajja, tal-ġustizzja u tal-verita’.

Il-Papa fakkar fil-popolazzjonijiet tal-Filippini u taċ-Ċina li ntlaqtu mill-għargħar kif ukoll tal-Iran li ntlaqtu minn terremot qawwi.

Kompli segwi l-aħbarijiet mis-sit www.il-gensillum.com