L-Arċisqof Charles Scicluna żar l-Iskola Primarja J. Hookham Frere f’Tal-Pietà nhar il-Ħamis 12 ta’ Frar. Hemmhekk kellu l-opportunità jiltaqa’ u jiddjaloga mal-istudenti u l-edukaturi.

Waqt id-djalogu mal-istudenti l-kbar, fost it-temi li ġew diskussi, l-Arċisqof tkellem dwar is-sbuħija li ngħixu flimkien minkejja d-differenzi tagħna fir-reliġjon li nipprattikaw, kif ukoll saħaq dwar l-importanza li kull persuna jkollha l-paċi f’qalbha biex id-dinja tkun post aħjar.

Din iż-żjara saret permezz tal-inizjattiva tal-iSpiritual Development in Schools, li bħala parti minn xogħolhom, jikkoordinaw żjarat pastorali tal-isqfijiet fl-iskejjel tal-istat u dawk indipendenti.

Aktar ritratti