Nhar it-Tlieta, 12 u l-Erbgħa, 13 ta’ Jannar 2010, il-Kappillani tal-Parroċċi f’Malta, ingħaqdu flimkien mal-Arċisqof f’live-in, fis-Seminarju, f’Tal-Virtù. Ir-riflessjoni prinċipali tagħhom kienet dwar ir-realtà tal-faqar f’Malta. Għal parti mill-live-in kienu prezenti wkoll il-Kappillani Ghawdxin.
G]all-ewwel ġurnata tal-live-in, il-Kappillani ġew mogħtija preżentazzjoni dwar il-qagħda attwali tal-faqar f’pajjiżna. Il-prezentazzjoni saret abbazi ta’ studju li sar mill-Caritas u mill-Uffiċjali Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).
Fit-tieni jum, il-Kappillani analizzaw fil-fond il-kaġun u l-konsegwenzi tal-faqar f’ pajjiżna fosthom: l-użura, il-problema tad-droga u l-problemi fost it-tfal. Filgħaxija saret ukoll diskussjoni fost il-Kappillani dwar x’jistgħu jagħmlu huma fil-Parroċċa tagħhom biex jilħqu aktar lin-nies u jtaffu din it-tbatija.
Għall-ewwel darba matul il-live-in saret attivita’ għall-media fejn il-ġurnalist Mario Micallef ġie mistieden jintervista lil erba’ kappillani dwar ir-rwol tal-kappillan fis-soċjeta’ illum. Wiebu l-mistoqsijiet tal-ġurnalist: Dun Eric Overand, President tal-Kulleġġ tal-Kappillani u Arċipriet taż-Zejtun, Dun Albert Buhagiar, Kappillan tas-Siġġiewi, Rev Christopher Galdes OFM Conv, Kappillan tal-Qawra u Dun Joe Saliba, Kappillan ta’ Fleur de Lys. Fil-panel kien preżenti ukoll Rev. Charles Tabone, Delegat tal-Arċisqof għall-mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali. Il-Kappillani temmew il-live-in bi żjara f’xi residenzi ta’ persuni vulnerabbli.
Click on the photo to enlarge. The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]