Is-sena li għaddiet aktar minn 800 każ ta’ vjolenza domestika kienu rrappurtati lill-pulizija. Dan skont statistika ppreżentata fil-Parlament dan l-aħħar, li turi wkoll li bejn l-2005 u l-2011, il-każi ta’ vjolenza rrappurtati lill-pulizija żdiedu bi kważi erba’ darbiet. Fl-2005 l-għadd ta’ każi ta’ vjolenza kien ta’ 228, waqt li s-sena li għaddiet l-għadd tela’ għal 848.

Ċifri li l-Aġenzija Appoġġ għaddiet lil IL-ĠENSillum online juru wkoll li fl-istess sena, jiġifieri bejn Jannar u Diċembru 2011, is-Servizz ta’ Vjolenza Domestika tal-Aġenzija ħadem ma’ 803 każ.

“Dan huwa l-għadd ta’ każijiet li resqu lejn l-Aġenzija għall-għajnuna minn jeddhom, jew għax kienu referuti minn servizzi jew professjonisti oħra u mhux neċessarjament jinkludi lil dawk il vittmi li jkunu diġà rrappurtaw il-każ tagħhom lill-pulizija jew resqu l-Qorti,” qalet kelliema għall-Aġenzija Appoġġ lil IL-ĠENSillum online.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com