Minn stħarriġ li għamlet Il-ĠENSillum online jirriżulta li bħalissa f’għadd ta’ pajjiżi fid-dinja, 318 saċerdot Malti u Għawdxi u 90 lajk huma impenjati f’ħidma pastorali, soċjali, edukattiva u ta’ karità. Fost dawn hemm tmien Isqfijiet Maltin, tnejn fil-Brażil, tnejn oħra fil-Ħonduras, u oħrajn fil-Kenja, l-Albanija, l-Libja u s-Sri Lanka.
Malta għandha wkoll ħames saċerdoti li qegħdin iwettqu ħidma għas-Santa Sede. Barra dawn is-saċerdoti u lajċi Maltin impenjati barra minn pajjiżna, għadd ta’ sorijiet Maltin qed iwettqu ħidma diversa f’artijiet tal-missjoni.
L-akbar għadd ta’ saċerdoti, jew 92, huma f’pajjiżi fl-Ewropa, li jinkludu l-Italja, l-Ingilterra, in-Norveġja, il-Ġermanja u l-Awstrija, Franza, Ċipru, l-Albanija u l-Irlanda. Hemm imbagħad 51 saċerdot f’pajjiżi tal-Amerika Ċentrali u Latina, l-aktar fil-Brażil, u 49 saċerdot fl-Awstralja, ħafna minnhom jaħdmu ma’ emigranti Maltin.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com