“Hemm barra hemm min qed ibiegħ il-qerda, animat minn kull tip ta’ interess, imma mhux mill-imħabba! Kulħadd jaf b’dan in-negozju, imma ħadd ma jitkellem dwaru. It-traffikar tad-droga sar ‘taboo’.”
Din l-affermazzjoni għamilha dil-ġimgħa l-Isqof Mario Grech waqt l-inawgurazzjoni ta’ sala ġdida fiċ-ċentru ta-Fondazzjoni Oasi f’Għawdex, li ngħatat l-isem ta’ ‘San Mikiel’.
Il-Ħadd li għadda wkoll, waqt l-omelija li għamel fil-festa tal-Visitazzjoni fl-Għarb, l-Isqof Grech għal darb’oħra tkellem dwar il-pjaga tal-abbuż tad-droga f’pajjiżna u afferma li “s-silenzju ta’ min suppost jitkellem u jaġixxi kontra t-traffikanti tad-droga, hu parteċipazzjoni f’dan id-delitt. Hemm bżonn ta’ aktar azzjoni nadifa biex dan is-suq tad-droga jingħalaq”.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com