• ONE DIRECTION: THIS IS US    

  • ***

    Direttur:                      Morgan Spurlock

    Jieħdu sehem:             Liam Payne, Harry Styles, Zayn, Malik, Niali Horan, Louis Tominson, Jon Shone, Dan Richards, Sandy Beales u Josh Devine

    Ħin tal-film:                92 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       U

    One Direction hu l-isem ta’ grupp ta’ żgħazagh kantanti li għal dawn l-aħħar tliet snin serqu x-xena mużikali tad-diinja tal-pop u għamlu suċċess wieħed wara l-ieħor kull fejn taw wirjiet meraviljużi tagħhom fil-bliet ewlenin fid-dinja lil eluf ta’ żgħażagħ l-aktar tas-sess feminili. Dan il-grupp magħmul minn Harry Styles, Niall Horan, Liam Payne, Louis Tominson u Zayn Malik,  ra l-bidu tiegħu  wara s-suċċessi li kull wieħed minnhom kellu fis-serje televiżiva: The X Factor fl-2010. Simon Cowell, il-moħħ wara dan il-program tant popolari, ra l-potenzjal ta’ dawn iż-żgħażagħ u ġabhom flimkien biex jiffurmaw dan il-grupp msejjaħ: One Direction u li fis-sena 2010 spiċċa fit-tielet post fil-programm u illum-il ġurnata  sar tant popolari mat-tfajliet adolloxenti u li kull fejn imur  jiġbed  lejh l-eluf. Il-film dokumentarju mhux biss jurina is-suċċessi li dawn iż-żgħażagħ  għamlu fiż-żjajjar li wettqu madwar id-dinja, iżda wkoll illaqagħna mal-familji tagħhom, li għal dawn l-aħħar snin kellhom jinfirdu minn magħhom minħabba l-impenji li kellhom madwar id-dinja u  li żammhom  ‘l  bogħod minn arthom waqt il-wirjiet. Ħaġa li tolqtok fil-film dokumentarju hi r-rabta ta’ ħbiberija ġenwina li teżisti fosthom, iċ-cajt li jagħmlu lil xulxin,(wara kollox ghadom ‘tfal’), il-provi li jkollhom iwettqu biex b’hekk il-wirjiet li jagħtu jkunu suċċess.  

    Film dukumentarju bi 3D li għandu jinżel tajjeb maż-żagħżagħ Maltin l-aktar dawk adolloxxenti li għal siegħa u nofs jassistu għas-suċċessi speċjalment ta’ żewg albums: Up All Night u Take me Home li ħargu fis-sena 2011 u 2012 rispettivament, albums li kissru kull rekord u għal tant xhur iddominaw il-quċċata fis-swieq mużikali tad-dinja kollha.