-
Ġentilment ninfurmawkom li nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2015, il-Kurja tal-Arċisqof u l-Uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa. L-Isqfijiet, is-saċerdoti u l-impjegati lajċi tal-Kurja, tat-Tribunal Ekkleżjastiku u tal-Caritas, ser jattendu rtir fl-okkażjoni ta’ żmien l-Avvent. L-uffiċċji tal-Caritas jerġgħu jiftħu fil-5.00 p.m.