Nhar il-Ħamis 15 ta’ Novembru 2012, is-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali tal-Knisja f’Malta, f’kollaborazzjoni mas-Sależjani ta’ Don Bosco, nieda proġett ġdid bl-isem ‘FilmE’.
Din hija inizjattiva oħra fil-qasam tal-Media Education. L-għan ta’ dan il-proġett hu li jlaqqgħa żgħażagħ adoloxxenti biex jipproduċu films qosra, u fil-proċess jitgħallmu jaħdmu flimkien u joħolqu sens komunitarju. Dan il-proġett joffri mhux biss l-opportunità li huma jkunu l-protagonisti tal-media, imma wkoll li jrawmu fihom sens ta’ evalwazzjoni kritika tal-media u jitgħallmu dawk il-valuri umani li huma ta’ ġid għalihom.
Is-Segretarjat hu impenjat li jippromwovi l-Media Education għax jemmen li f’d-dinja tal- informattika, it-tfal u ż-żgħażagħ għandhom ikunu mħarġin bl-aħjar mod possibbli biex jużaw tajjeb il-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali.
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja