L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Joseph Mizzi bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Lawrenz, il-Birgu.
Dun Joseph Mizzi twieled fil-11 ta’ Ottubru 1970. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ, l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo M.A. Vassalli (Junior Lyceum), tal-Ħandaq, Ħal Qormi, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara. Kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta.
Dun Joseph ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997. Beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala assistent direttur tal-Moviment ta’ Kana, u kompla l-istudji tiegħu fit-Teoloġija taż-Żwieġ u l-Familja. Fl-2006 nħatar direttur tal-Moviment ta’ Kana. Serva wkoll fil-parroċċa tal-Imqabba u dik ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Il-parroċċa tal-Birgu tiġbor fiha madwar 2,958 persuna f’1,000 familja.