L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi l-Via Sacra Nazzjonali li ser issir nhar l-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, fis-7:30 p.m. Il-Via Sacra ser tibda miċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni tad-Droga, immexxi mill-Caritas, f’San Blas, Ħaż-Żebbuġ. It-test tal-Via Sacra huwa miktub mir-residenti taċ-Ċentru. Fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena, kull min jieħu sehem f’din il-Via Sacra jew jismagħha fuq ir-radju, jikseb l-Indulġenza Plenarja.
Għal din il-Via Sacra Nazzjonali, qed jiġu mistiedna jieħdu sehem ukoll il-fratelli u dawk involuti fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-Via Sacra ser tiġi mxandra fuq Radju RTK u Radju Marija.