-
-
**
Direttur: David Koepp
Atturi: Johnny Depp, Gwyneth Paltrow, Ewan McGregor
Ħin: 106 minuta
Klassifika taċ-Ċensura: 12A
Klassifika tal-Knisja: 15Mortdecai, negozjant ta’ l-arti dħuli u brikkun ikollu jiġri madwar id-dinja, armat biss bil-wiċċ ħelu tiegħu u l-faxxinu speċjali li għandu, biex isib pittura ta’ Goya misruqa li jingħad li fiha l-kodiċi ta’ kont tal-bank mimli bid-deheb tan-Nażi. Waqt it-tfittxija tiegħu jħabbat wiċċu ma’ Romanov, il-kap ta’ mafja Russa, l-Mi5 Ingliża, u ma’ Emil, terrorist internazzjonali, u għalhekk mn’alla jkollu miegħu lil Jock, il-bodyguard tiegħu. Ikollu wkoll l-għajnuna ta’ marthu Johanna, għalkemm ma’ taqbilx f’kollox miegħu.
Film kummiedja, ibbażat fuq il-ktieb ta’ Kyril Bonfiglioli: ‘Don’t Point That Thing at Me’. L-umoriżmu tal-film huwa fjakk u l-iscript in ġenerali huwa fqir. Il-film fih xeni ta’ vjolenza, ċajt u kliem doppju sens, materjal sesswali, u xi kliem ħażin. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.