Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

Il-kelma li jagħtina Ġesù jfakkarna ħafna f’dak li għalih qegħdin hawn għat-tislima tagħna u t-talb tagħna b’suffraġju tal-Arċisqof Pawlu Cremona li fostna mexa bħala qaddej tal-poplu tiegħu. L-ebda wieħed u waħda minna ma niftakruh għall-vanità tiegħu jew għall-frugħa tiegħu; imma l-Mulej tahulna bħala qaddej ġwejjed, ta’ umiltà kbira, ta’ sens prattiku kbir, ta’ mħabba kbira.

Aħna nitolbu ħafna għalih u f’dan il-mument fejn qed joqrob l-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħu nitolbu wkoll għal ruħu u nitolbu biex il-Mulej ikompli jberikna b’rgħajja bħalu,  rgħajja skond il-qalb tal-Mulej.

Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieh fis-sliem. Amen

Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta