• Ir-Rev. Prof. Emmanuel Agius u Rev. Dr John Berry għadhom kif ippubblikaw il-ktieb “Minn Viżjoni għar-Realtà: Mixja Flimkien b’Ferħ u Impenn”.
     
    Il-ktieb jinkludi taħditiet dwar il-ħtieġa li l-Knisja lokali tevalwa s-sinjali ta’ żminijietna bl-għan li tkompli taġġorna l-viżjoni u l-għażliet pastorali għas-snin li ġejjin.
     
    Dan jinkludi:
    1. It-tibdiliet kulturali, politiċi, u soċjo-ekonomiċi f’Malta llum;
    2. Il-viżjoni u d-direzzjoni tal-Knisja;
    3. L-evangeliżżazzjoni: Mixja lejn fidi matura, u
    4. Il-Knisja bħala qaddejja u għassiesa tal-ġustizzja.
     
    Il-kelliema fit-taħdidiet huma l-Arċisqof Charles J. Scicluna, Emmanuel Agius, John Berry, Roderick Agius, Jimmy Bonniċi, Joseph Borg, Mark Cachia SJ, René Camilleri, Ronald Camilleri, Pauline Dimech, Petra Caruana Dingli, Joseph Ellul OP, Ranier Fsadni, Andrew Galea OFM Conv., Noel Mifsud, Paul Pace, Charles J. Scicluna, u Anna Vella.
     
    Dan il-volum hu indirizzat għal kulhadd, lajċi u operaturi pastorali, dawk li jistudjaw it-Teoloġija, li jagħrfu għerf il-ħajja nisranija, qassisin u reliġjużi jew kull min hu nteressat dwar kif il-Knisja tirrispondi għall-isfidi kulturali, politiċi, u soċjo-ekonomiċi ta’ żmienna.
     
    Il-qarrej jista’ jsib f’dan il-ktieb mhux biss il-viżjoni, iżda ukoll l-istrateġija/i li l-Knisja għandha taddotta biex tibqa’ leali lejn is-sejħa li  għamilha Ġesù Kristu nnifsu.
     
    Il-Ktieb jista’ jinxtara għall-prezz ta’ € 5 mill-Fakultà tat-Teoloġija, mill-Kurja tal-Arċisqof (Cash Office), mic-CAK (Birkirkara) u mill-Preca Library (Blata l-Bajda).