Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
21 ta’ Marzu 2016
Jien nixtieq insellem il-figura ta’ Monsinjur Mercieca, kif huwa rikonoxxut mill-kummenti sbieħ li ngħataw bħala persuna ta’ djalogu, persuna ta’ umiltà, ta’ ħlewwa ta’ qalb, imma wkoll ta’ għerf. Jalla l-ispirtu tiegħu ta’ rikonċiljazzjoni, ta’ djalogu; l-ispirtu tiegħu li r-raġuni m’għandhiex bżonn la forza u lanqas vjolenza, jibqgħu jkunu l-bażi ta’ relazzjoni tajba li dejjem irid ikun hemm bejn il-Knisja u l-Istat biex is-soċjetà Maltija, li hi soċjetà pluralistika, imma fl-istess ħin tkun tista’ tapprezza u tisma’ l-vuċi tal-Knisja, fi spirtu ta’ djalogu u ta’ kooperazzjoni.
Aħna nirrikmandaw lir-ruħ għażiża ta’ Monsinjur Mercieca għall-ħniena ta’ Alla bit-tama Nisranija fil-qawmien mill-imwiet.
✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta