Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Franco Fenech qal li l-perjodu li għamel bħala direttur spiritwali tal-ħabs fejn ta’ kuljum kien jiltaqa’ ma’ persuni li għamlu reat, għamlitlu differenza kbira f’ħajtu għax seta’ jifhem iktar l-istorja kollha.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Franco Fenech u Kristjana Casha. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Luqa 11, 37-41
Waqt li Ġesù kien qed jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta’ qabel l-ikel. U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen. Kemm intom bla moħħ! Min għamel in-naħa ta’ barra, ma għamilx ukoll in-naħa ta’ ġewwa? Mela agħtu karità minn dak li hemm ġewwa, u taraw kif kollox ikunilkom nadif”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar