-
-
On Tuesday 6th Spetember 2016, Archbishop Charles J. Scicluna led a Prayer Vigil in preparation forthe Episcopal Ordination of Mgr Carmel Zammit, Bishop-elect of Gibraltar. During the Prayer Vigil, the Archbishop blessed the Episcopal Insigna to be used during the Ordination Mass. The Prayer Vigil was held at Gudja Parish Church. Mgr Zammit was born and bred in Gudja, and resides there.
Message by Archbishop Charles J. Scicluna
-
-
Knisja Parrokkjali tal-Gudja6 ta’ Settembru 2016
Insellem lill-Isqof-elett, Mons. Carmel Zammit f’din il-Velja ta’ Talb illejla, fil-parroċċa tiegħu. Qabel bdejna, kont qed ngħid lill-Arċipriet – inħoss li meta f’parroċċa l-Mulej jagħżel wieħed minn uliedha biex ikun Isqof, suċċessur tal-Appostli, u jkun wassalha għall-maturità sħiħa ta’ dak li huwa maternità u frott. Nerġgħu ngħidu li din il-parroċċa, waħda mill-iżjed antiki ta’ dawn il-ġżejjer għeżież tagħna, ta’ Malta, illum qiegħda tagħti lill-Knisja, lill-Mons. Carmelo Zammit li tkun bit-tqegħid ta’ l-idejn tal-Kardinal Nichols, tal-Isqof Heskett, tiegħi u ta’ Mons. Cremona, tagħna l-Isqfijiet bit-tqegħid tal-idejn tagħna, u bit-talba tal-Knisja, suċċessur tal-Appoostli.
Għalhekk, il-preżenza tagħkom hija sabiħa ħafna, għeżież membri ta’ din il-parroċċa. Nixtieq insellem il-familjari ta’ Mons. Carmelo, b’mod speċjali it-tifkira għażiża tal-ġenituri tiegħu u tal-familjari qrib tiegħu u s-saċerdoti ta’ din il-parroċċa. Is-saċerdoti li ħadmu miegħu, li jħobbuh, u l-preżenza tagħhom hawnhekk mhux biss hi ta’ inkoraġġiment għalik, għażiż Mons. Zammit, imma wkoll ta’ interċessjoni quddiem Alla biex inti tkun – u dan nixtiqulek – ragħaj qaddis, ragħaj li tħobb ħafna lill-poplu tiegħek, il-poplu ta’ Ġibiltà, u li inti tagħti ħajtek, bħalma qal Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb: “jagħti ħajtu għan-ngħaġ tiegħu” (Ġw 10, 11).Aħna u nbierku l-insinji li se jingħatawlek jumejn oħra fil-Katidral ta’ l-Imdina, nitolbu biex dawn li għalina huma sinjali esterni, jikkorrispondu ma’ dik il-bidla fir-ruħ tiegħek u fir-ruħ tagħna l-Isqfijiet li tagħmilha – minkejja d-dnubiet tagħna u minkejja d-dgħufija tagħna – xbieha sabiħa ta’ Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb.Aħna napprezzaw fik ħafna talenti sbieħ: l-għerf, il-kelma soda, l-imħabba kbira, id-dixxiplina imma bi spirtu ta’ ferħ u ta’ ġustizzja li kienu dejjem – ngħid għalija personali – ta’ konsolazzjoni u faraġ kbir. Meta inti, kont f’oqsma delikati ħafna tad-djoċesi, nistqarrlek issa, li ormai se jkollok ir-responsabbiltà tiegħek u se jibda l-inkwiet ġdid tiegħek, imma jiena nistqarrlek li jiena kont inserraħ rasi. U inti, ħallejt vojt li biex nimlih se jkolli negħreq l-għaraq tad-demm. Imma aħna nagħtuk lill-Mulej li, permezz tal-Papa Franġisku sejjaħlek biex tkun Isqof f’Ġibiltà u tal-għotja li għalina tfisser sagrifiċċju, nagħmulha bil-qalb, nagħmluha bil-ferħ. Inti taf, li minn mindu rċevejt in-nomina, mal-ewwel bdejt tħoss il-piż. Taf li din mhix promotion, mhix xi prize day, imma huwa s-salib li l-Mulej qed jgħabbik bih mingħajr ma jabbandunak.Inti twelidt minn din il-parroċċa għażiża, antika li għandha devozzjoni kbira lejn Marija Santissima taħt ħafna titli u għalhekk hija verament parroċċa Marjana, u inti sejjer fi djoċesi fejn hemm devozzjoni kbira u antika lejn il-Madonna Sultana, Reġina tal-Ewropa. Inti diġà taf li hemm il-Madonna tistennik f’Ġibiltà.Fuq l-istemma tiegħek għażilt li mhux biss ikollok l-isem tal-familja Zammit li jfakkrek fid-demm Malti jiġri fil-vini tiegħek, imma wkoll li jkollok is-salib ta’ Malta u n-‘Nome di Maria’. Dawn huma ż-żewġ elementi li jridu jwieżnu lilek bħala Isqof ta’ Ġibiltà. F’din is-Sena tal-Ħniena, inti għażilt il-motto tiegħek ikun talba lill-Mulej biex iħenn għalik u inti taf li aħna l-Isqfijiet għandna bżonn ħafna tal-ħniena tal-Mulej imma l-vokazzjoni tagħna hija li nitolbu nkunu ‘ħniena għall-poplu tagħna’, ħniena f’diversi forom: bil-ġustizzja, bil-kelma, bil-ħniena, bil-kuraġġ, bl-umiltà, bi tbissima, bil-paċenzja, bl-imħabba u bil-maħfra. Jalla inti tkun mhux biss Isqof tal-Ġublew tal-Ħniena imma ikona sabiħa tal-ħniena tal-Mulej. Nawgurawlek bil-qalb.✠ Charles J. SciclunaArċisqof ta’ Malta