Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Reuben Gauci qal li jalla l-ġenituri ma jkunux jixtiequ biss xogħol għal uliedhom li jrendilhom ħafna flus, iżda jkunu jixtiqulhom ukoll il-grazzja tal-fidi li permezz tagħha jagħrfu l-imħabba ta’ Alla għalihom.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Reuben Gauci u Silvana Cardona. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 24, 42-51
Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar