• ****

    Direttur: Boaz Yakin
    Atturi: Josh Wiggins, Dejon LaQuake, Thomas Haden Church, Robbie Amell, Lauren Graham, Luke Kleintank u Jay Hernandez
    Ħin tal-Film: 111 min.
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12A
     
    Max,  kelb Malinois Belġjan, insibuh igħin lill-morini Amerikani ġewwa Afganistan. Kyle Wincott ħu l-morin li kien jieħu ħsiebu. Meta xi armi li kienu nqabdu mill-morini ma nstabux, Kyle jiġi mistoqsi fuq x’seta’ sar minnhom. Sfortunatament ħabibu, Tyler Harne, kien wieħed minn dawk li kienu qegħdin jisirqu dawn l-armi maqbuda. Kyle jwiddeb lil Tyler li hu ma kienx lest li jaħbi mis-superjuri tiegħu dak li kien jaf.  Disgrazzjatament , fi tfittxija għall-armi li t-tnejn sabu ruħhom fiha, Kyle jmut bi spluzzjoni waqt li Max jisfa’ ferut. Tyler kien parti mill-ħtija li Kyle safa’ maqtul!  Lura lejn l-Amerika, ħu Kyle, Justin, kien jagħmel ftit tal-flus billi jikkopja l-video games  u jsib il-bejgħ tagħhom. Sadanittant isir il-funeral ta’ Kyle, b’Max,  ferut,  jinġieb għall-funeral. Il-morini  jintebħu li Max kien kalm biss meta kien maġemb Justin. Il-familja jaddottaw lil Max minħabba l-fatt li kien hemm il-possibilta’ li Max iraqqduh minħabba l-imġieba aggressiva li kien qiegħed juri. Justin għal bidu ma tantx wera wisq interess biex jieħu ħsiebu iżda meta jiltaqa’ ma’ Carmen, il-kuġina tal-ħabib tiegħu Chuy, u din tibda turih u tgħallmu kif iġib ruħhu mal-kelb,  jibda jinteressa ruħhu. Ġurnata waħda, Tyler jagħmel żjara lill- famija Wincotts u Max juri mġieba agggressiva lejh. Meta Ray jistaqsi lil Tyler x’kien eżattament li gara’ u kif u għaliex miet Kyle, Tyler jigdibblu u jagħti l-ħtija lil Max. X’kienet ir-raġuni li Tyler ma jgħidx il-verita’? X’kien hemm wara din il-gidba? Tyler minnaħa tiegħu jitlob lil Ray biex itih ftit spazju f’wieħed mill-imħażen tiegħu. Justin jibda jinvestiga biex isib il-verita’ u jitlob l-għajnuna tas-surġent Reyes li jtih DVD ta’ Kyle kif kien jittrenja lil Max. X’jiġri lil Max meta Tyler jintebaħ li l-kelb kien xamm xi ħaġa?
     
    Film Amerikan, taħt id-direzzjoni ta’ Boaz Yakin, ilaqqagħna  ma’ Max, kelb intelliġenti u li l-familja Wincott addottatu wara li t-tifel tagħhom Kyle, li kien jieħu ħsiebu bħala morin, miet traġikament waqt il-qadi ta’ dmirijietu ġewwa Afganistan. Il-film hu avventura mimlija azzjoni  u turi l-intelliġenza u l-kapaċitajiet ta’ dan il-kelb.   Film għandu jogħġob lil kulħadd iżda tajjeb li persuni ta’ eta’  iżgħar minn 12 –il sena,  jarawh akkompanjati minn persuna adulta.