Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Kalċidonju ser tiġi ċċelebrata Quddiesa fil-kappella ddedikata lil dan il-qaddis li tinsab fil-bini tal-Kurja ta’ l-Arċisqof, Floriana, nhar l-Erbgħa 13 ta’ Lulju 2011, fis-6.00 p.m.
Ir-relikwi ta’ San Kalċidonju jinsabu meqjumin f’kappella żgħira li nbniet apposta, dahar ma’ dahar mal-kappella prinċipali fil-bini tal-Kurja. Ir-relikwi tal-qaddis, li nġiebu Malta miċ-ċimiterju ta’ Pretestato, l-Italja, waslu fil-kappella dedikata lilu fl-1753. Ir-relikwi qegħdin f’relikwarju artistiku.