Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Nhar il-Ħadd 2 ta’ Novembru niċċelebraw l-Għid tal-Imwiet. F’dan il-jum niftkaru fl- għeżież mejtin tagħna. Dawk li jżuru ċ-ċimiterju, jitolbu għall-mejtin, jgħidu l-kredu, jitolbu skont l-intenzjoni tal-Papa, jqerru u jitqarbnu matul ix-xahar ta’ Novembru, jirbħu indulġenza plenarja għalihom infushom u jistgħu japplikawha għall-mejtin.

Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jgħidlna dan fuq it-talb tagħna għall-mejtin: “Ix-xirka mal-mejtin .“Il-Knisja tal-Insara li għadhom f’din id-dinja hija u tagħraf sewwa l- għaqda li hemm fi ħdan il-Ġisem mistiku kollu ta’ Ġesù Kristu, sa mill-ewwel żminijiet żammet b’għożża u tjieba kbira t-tifkira tal-mejtin, u, għaliex ‘hu ħsieb qaddis u tajjeb toffri sagrifiċċju biex il-mejtin jeħilsu minn dnubiethom’ (2 Mak 12: 45) offriet għalihom ukoll is-suffraġi tagħha”. It-talb tagħna għalihom mhux biss jgħinhom, imma jagħmel effikaċi l-interċessjoni tagħhom għalina.”

Nhar il-Ħadd 2 ta’ Novembru ser tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-Ċimiterju tal- Addolorata, fil-Kappella tax-Xirka ta’ Marija Omm in-Niket tal-Patrijiet Dumnikani. Il-Kappella tinsab fejn l-entratura prinċipali taċ-ċimiterju. Il-Quddiesa ser tkun fit- 3:30pm iċċelebrata mill-Pirjol P. Aaron Zahra O.P. Wara jsir it-tberik tal-oqbra.