-
-
F’għeluq it-tielet sena mill-mewt tal‑Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, illum il-Ħamis, 21 ta’ Marzu, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Mons. Mercieca.
Il-Quddiesa ser issir fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina u tibda fis-6pm.
L‑Arċisqof Mercieca miet fil‑21 ta’ Marzu 2016 fl‑età ta’ 87 sena. L‑Insara huma mistiedna jattendu għal din il-Quddiesa u jkomplu jitolbu għalih.