Kull meta nitkellmu dwar statistiċi, irridu nżommu f’moħħna li qed nitkellmu dwar persuni f’sitwazzjonijiet, u li wkoll meta jkun hemm persentaġġ għoli, xorta jfisser li mhux kulħadd jidħol f’dik il-kategorija. Imma l-istatistika hija importanti, fost raġunijiet oħra biex ikollna idea tas-sitwazzjoni u jekk tinħass il-ħtieġa naraw xi prijoritajiet għandna u x’rimedji jinħtieġu jittieħdu. Dan kollu jfisser ukoll li mhu qed issir l-ebda forma ta’ kundanna għal min qiegħed f’sitwazzjoni li mhix mibnija fuq iż-żwieġ.

Nistqarr li nemmen f’Alla u fit-tagħlim kif tagħtihulna l-Knisja, kif ukoll fil-qawwa tal-fidi u tas-sagramenti. Imma f’din il-preżentazzjoni, dan kollu poġġejtu fil-ġenb biex nipprova nara x-xjenzi umani x’qed jgħidulna u jekk jaqblux ma’ dak li jgħidilna Alla.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com