L-isfidi għall-2011 huma tlieta: l-awtentiċità tal-għixien tal-valuri Nsara, li wieħed jegħleb it-tentazzjoni li xi bnedmin jingħataw il-ġenb minħabba preġudizzji, il-vjolenza, is-serq u d-dipendenza fuq l-alkoħol, id-droga, logħob tal-azzard u t-tisħiħ tal-istabbilità fiż-żwieġ u l-familja anki billi “ma nħallux lis-soċjetà Maltija tibdel in-natura taż-żwieġ dejjiemi bid-divorzju”.
L-Arċisqof Pawlu Cremona OP kien qed jitkellem ma’ IL-ĠENSILLUM online dwar l-isfidi li se tkun qed tiffaċċja s-soċjetà Maltija b’mod inġenerali u l-Knisja f’Malta b’mod partikolari matul is-sena l-ġdida.
Kif mistenni, l-istabbiltà taż-żwieġ u l-familja, anki quddiem il-possibiltà li l-pajjiż jiffaċċja referendum dwar id-dħul tad-divorzju jew le f’Malta, ġiet identifikata minn Mons Cremona bħala sfida ewlenija li kemm il-Knisja kif ukoll is-soċjetà Maltija se jkunu qed jiffaċċjaw fix-xhur li ġejjin.
AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com