• ***

       
      Direttur: Christian Ditter
      Atturi: Lily Collins, Sam Claflin, Tamsin Egerton, Suki Waterhouse, Jaime Winstone, Christian Cooke u Art Parkinson
      Ħin tal-Film: 102 min
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 15
      Klassifika tal-Knisja: 18

      Alex u Rosie kienu ħbieb tal-qalb minn mindu kellhom ħames snin. Dan probabilment kien ifisser li kienet sejra tkun diffiċli li xi darba sejrin ikunu ta’ xulxin għaliex dan  tabilħaqq kien fatt. Fejn kienet tidħol l-imħabba, il-ħajja u l-għażliet,  Alex u Rosie kienu l-ikbar għedewwa ta’ xulxin. Meta għalqu t-tmintax –il  sena, It-tnejn marru lejn triqthom. Alex ha scholarship fl-Universita` ta’ Harvard fl-Amerika, b’riżulat li, kif jgħid il-Malti,  ‘l bogħod mill-għajn, ‘l bogħod mill qalb. Ir-riżultat kien li t-tnejn  marru f’direzzjoni differenti għalkemm it-tnejn xtaqu li jkunu ta’ xulxin iżda qatt ma rnexielhom li jiġu flimkien u jesprimu mħabbithom lejn  xulxin. Kemm-il darba li ġew qrib biex jagħmlu dan il-pass,  iżda b’xi mod jew ieħor meta kienu waslu, ġara xi ħaġa li għal darb’oħra  firdithom minn xulxin. Sfortunatament dan kien ifisser li t-tnejn ħadu sieħeb/ha li żgur ma kienx is-sieħeb/ha ideali. Alex iżewweġ mara li ma kienitx addatta għalih waqt li Rosie ħadet sieħeb li wkoll xejn ma kien addattat għaliha. Għalkemm għixu u kienu midħla ta’ xulxin minn mindu kienu żgħar, iżda qatt ma kellhom il-kuraġġ li jgħidu li jħobbu lil xulxin. F’ħamsin sena, għalkemm kienu jilgħabu flmkien qatt ma wrew sentimenti ta’ mħabba lejn xulxin. Rosie minnaħa l-oħra wara li kellha x’taqsam ma’ Alex b’riżultat fi tqala, qatt ma kellha l-kuraġġ li tgħidlu b’dak li ġara  b’rizultat li kellha tgħix il-ħajja tagħha f’ħajja mingħajr il-vera mħabba. Tgħid għalkemm kienu jgħixu ħajja bla interess u ħajja, issa li kienu qeghdin jikbru fl-eta,  jistgħu forsi jibdew ħajja flimkien. 

      Film Irlandiz, kummiedja romantika,  miktub għac-ċinema  minn Juliette Tawhidi u msejjes  fuq in-novellaWhere Rainbows End tal-kittieba Irlandiża Cecilia Ahern. L-istorja tal-film hi negattiva għaliex fejn deher ċar mill-bidu li Alex u Rosie setgħu kienu ta’ xulxin, tilfu l-ċans ta’ għomorhom għaliex ma kienux kapaċi jgħidu li kienu jħobbu lil xulxin. Minħabba l-istorja fiha nfisha, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.