-
Għada s-Sibt, 7 ta’ April 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ disa’ saċerdoti ġodda, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni ser tibda fid-9:15am.
Id-djakni li ser jilħqu saċerdoti huma: Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi, Fra Jethro Bajada tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini, Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq, Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien, Rev. Kenneth Micallef, Salesjan ta’ Dun Bosco, Fra Kurt Mizzi tal-Ordni Karmelitan, Fra Elmar Pace tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini, Rev. Giovann Tabone tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u Rev. Alex Zammit tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.
-