-
-
Il-Ħadd, 12 ta’ Mejju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l-Ordinazzjoni Djakonali li fiha ħames seminaristi jiġu ordati djakni, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni ser tibda fid-9:00am.
Il-ħames seminaristi li ser jiġu ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna huma:
Osmar Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ San Nikola, is‑Siġġiewi, David Borg mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar, Christopher Bugeja mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat, Jonathan Debattista mill‑Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien, Tony Pace mill‑Parroċċa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi.