-
Il‑Quddiesa praesente cadavere tal‑Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap., għada, is-Sibt, 27 ta’ Jannar 2018, fis‑2 p.m., fil‑Katidral tal‑Imdina. Jippresiedi l‑Quddiesa l‑Arcisqof Charles J. Scicluna.
Illejla fis‑7:00 p.m. ser jiġi ċċelebrat l‑Għasar tal‑Mejtin fil‑Knisja tas‑Salib Imqaddes (tal‑Kapuċċini), il‑Furjana.
L‑Isqof Emanuel Barbara, Isqof ta’ Malindi, il‑Kenja, miet fil‑5 ta’ Jannar li għadda fir‑residenza tiegħu f’Malindi. Huwa kellu 68 sena.
L‑Ordni tal‑Aħwa Minuri Kapuċċini tistieden lill‑komunità Nisranija sabiex tingħaqad magħhom fit-talb u tagħti l‑aħħar tislima lill‑Isqof Emanuel Barbara.
-