Quddiesa praesente cadavere b’suffraġju għal Mons. Victor Grech, saċerdot li permezz ta’ ħidmietu biddel il‑mod li bih is‑soċjetà Maltija bdiet tħares u taffaċċja kwistjonijiet bħad‑droga, l‑alkoħoliżmu, il‑faqar u l‑inġustizzja soċjali.
Il-quddiesa se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fit-8 ta’ Frar 2025 fl-10:30am.
Imexxi l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna. Jikkonċelebra l-Kapitlu Metropolitan flimkien ma’ saċerdoti oħra.
Wara l-quddiesa, il-funeral ikompli b’mod privat.
Agħfas hawn għad-dettalji tal-funeral.
Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.
Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem.
Ammen.
Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube.