-
Parish Priests live-in 2014
-
Il-Kappillani tas-70 parroċċa f’Malta qed jattendu għal-Live-in li qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, ir-Rabat. Dan il-live-in beda l-bieraħ, it-Tlieta 14 ta’ Jannar, u jintemm għada, il-Ħamis 16 ta’ Jannar 2014. Flimkien mal-kappillani qed jattendi wkoll l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. F’dan l-appuntament annwali, il-kappillani jiddiskutu temi importanti tal-ħidma pastorali, filwaqt li jaqsmu flimkien mumenti ta’ talb.It-tema magħzulha għal-live-in ta’ din is-sena hi ‘Il-pastorali mal-Familja f’rabta mas-Sagramenti tal-Inizzjazzjoni”. Il-Kappillani qegħdin jiddiskutu r-rabta bejn il-katekeżi u l-familja fis-soċjetà kontemporanja, għax fil-katekezi n-Nisrani jiġi mħejji biex jirċievi s-Sagramenti tal-Inizzjazzjoni (il-Magħmudija, il-Griżma tal-Isqof u l-Ewkaristija). Id-diskussjoni tinkludi qsim ta’ esperjenzi ta’ dak li diġa qed isir f’diversi parroċċi biex jiġu esplorati iniżjattivi ġodda li jistgħu jgħinu fil-ħidma pastorali.
-
-
Ritratti: Ufficju Komunikazzjoni, Kurja