Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

Matul ix‑xahar ta’ Settembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Il‑Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata Quddiesa milll‑Kappella tal‑Madonna tal‑Providenza, is‑Siġġiewi, fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din il‑Quddiesa tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑Quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ħamis 3 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq il‑140 sena mit‑twaqqif tal‑Kongregazzjoni tas‑Sorijiet Franġiskani tal‑Qalb ta’ Ġesù, fl‑Iskola St Francis, l‑Imsida.

Is‑Sibt 5 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

Il‑Ħadd 6 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

It‑Tlieta 8 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., festa tat‑Twelid tal-Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar. Din il‑Quddiesa se tixxandar fuq TVM2. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑talba tal‑Għasar flimkien mal‑Kapitlu u wara jmexxi rużarju meditat u jagħlaq bil‑barka sagramentali, fil‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina, l‑Isla.

Is‑Sibt 12 ta’ Settembru, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Franġisk ta’ Assisi,
il‑Qawra.

Il‑Ħadd 13 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑55 sena anniversarju mit‑twaqqif tad‑Dar tal‑Providenza, fil‑Kappella tad‑Dar
tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din il‑Quddiesa se tixxandar fuq TVM2.

It‑Tnejn 14 ta’ Settembru, festa tal‑Eżaltazzjoni tas‑Salib Imqaddes, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il‑Belt Valletta. Din il‑Quddiesa se tixxandar fuq TVM2.

It‑Tlieta 15 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., festa liturġika tal‑Imqaddsa Verġni Marija tad‑Duluri, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Marija Addolorata, San Pawl il‑Baħar.

Il‑Ħamis 17 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Il‑Ġimgħa 18 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Is‑Sibt 19 ta’ Settembru, fit‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq is‑sena taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù, ir‑Rabat.

Il‑Ħadd 20 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jikkonsagra l‑artal il‑ġdid u jbierek l‑ambone u s‑sedja l‑ġodda, fil‑Bażilika Minuri ta’ San Pawl, ir‑Rabat.

It‑Tnejn 21 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali f’Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din il‑Quddiesa se tixxandar fuq TVM2.

It‑Tlieta 22 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Iskola San Anton, fis‑Santwarju ta’ Santa Tereża tal‑Bambin Ġesù, Birkirkara.

Il‑Ħadd 27 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni ta’ Jum il‑Migranti u r‑Refuġjati, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata, Ħal Balzan. Din il‑Quddiesa se tixxandar fuq TVM2.