Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
- Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, Facebook u YouTube.
F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:
Is‑Sibt l‑1 ta’ Jannar 2022, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Imqaddsa Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM.
Il‑Ħadd 2 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fis-Solennità tal‑Epifanija li matulha jitħabbru l‑festi tal‑Mulej għas‑sena 2022 u jagħti l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil tliet seminaristi, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.
Is‑Sibt 8 ta’ Jannar, fis‑5:45 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall‑koppji li żżewġu fl‑2020 u fl‑2021, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Il‑Ħadd 9 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il‑125 sena mit‑twaqqif tal‑parroċċa ta’ Marsaxlokk, fis‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Pompej. Din tixxandar fuq TVM.
Is‑Sibt 15 ta’ Jannar, fis‑5:45 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall‑koppji li se jiżżewġu fl‑2022, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Il‑Ħadd 16 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ San Martin, il‑Baħrija. Din tixxandar fuq TVM.
Is‑Sibt 22 ta’ Jannar, fil‑5:15 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi traslazzjoni u t‑talb tal‑ewwel għasar u wara jiċċelebra quddiesa lejlet il‑festa tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina. Matul il‑quddiesa jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat lil żewġ seminaristi.
Il‑Ħadd 23 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fil‑festa tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.
It‑Tnejn 24 ta’ Jannar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa wara li l‑fdalijiet ta’ Bro Louis Camilleri FSC jitqiegħdu f’qabar fil‑kappella tal‑Kulleġġ Stella Maris fil‑Gżira, bħala parti mill‑proċess tal‑beatifikazzjoni u l‑kanonizzazzjoni tiegħu.
Il‑Ħadd 30 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal‑Ħadd. Din tixxandar fuq TVM.