Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

L-Erbgħa 1 ta’ Frar, fis-6:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum il-Ħajja Kkonsagrata fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.

Il‑Ħadd 19 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesatal-Ħadd mill-Oratorju tal-Konfraternità tal-Karità, fil-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.

L-Erbgħa 22 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa bir-rit tat-tberik u t-tqegħid tal-irmied mill-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni (Sarria), il-Furjana. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Is‑Sibt 25 ta’ Frar, fis‑6:30 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebraquddiesa fit-tifkira tal-Beata Adeodata Pisani fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

Il‑Ħadd 26 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesatal-Ħadd u jilqa’ l-katekumeni li se jirċievu s-sagramenti tal-magħmudija, il-griżma tal-isqof u t-tqarbin fil-Vġili tal-Għid, mill-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta u wara jiltaqa’ mal‑parruċċani. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103. Fil-5:30 p.m. Mons. Arċisqof jieħu sehem fil-pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar u wara jiċċelebra l-quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja.

It-Tnejn 27 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-10 anniversarju mill-ftuħ tal-Iskola Medja fil-Kulleġġ San Injazju tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi.