Photo: Ian Noel Pace – Archdiocese of Malta

F’ċirkulari maħruġa mill-Kurja tal-Arċisqof nhar it-12 ta’ Ottubru, 2025, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fakkarna li qed jinħass ħafna n-nuqqas ta’ xita f’pajjiżna, tant li numru ta’ bdiewa u persuni oħra wrew ix-xewqa li nitolbu għax-xita tant meħtieġa.

Għalhekk tkun f’waqtha li lkoll flimkien inqiegħdu quddiem il-Mulej it-talb tagħna biex ikollna xita fejjieda, f’ħinha u f’waqtha, li tagħmel il-ġid.

Din iċ-ċirkulari ntbagħtet kmieni dalgħodu lill-kappillani, arċiprieti, kappillani, retturi ta’ knejjes u superjuri reliġjużi.