-
-
L‑Erbgħa 10 ta’ Frar 2016, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Għal din l‑okkażjoni, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Kappella tal‑Kunvent tas‑Sorijiet tal‑Karità, Ħal Tarxien. Il‑Quddiesa tibda fid‑9:00 a.m., u ser tixxandar ‘live’ fuq TVM2.Matul dan ir‑Randan, il‑Knisja tħeġġeġ lill‑membri tagħha biex jaqraw il‑Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis‑sagramenti, u jattendu l‑Eżerċizzi Spiritwali. F’dan il‑Ġublew Straordinajru tal‑Ħniena, li qed jiġi ċċelebrat din is‑sena, l‑Insara huma mistiedna jesperjenzaw il‑Ħniena t’Alla.Waħda mill‑inizjattivi matul din is‑Sena tal‑Ħniena hi marbuta mal‑Bibien tal‑Ħniena li l‑Papa Franġisku xtaq li jinfetħu f’Ruma u fid‑djoċesijiet kollha tad‑dinja. Fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna fetaħ tliet Bibien tal‑Ħniena: il‑Bieb tal‑Katidral tal‑Imdina, il‑Bieb tas‑Santwarju tal‑Madonnna tal‑Mellieħa u l‑Bieb tal‑Oratorju tal‑Kurċifiss (fejn tinżamm ix‑xbieha devota ta’ Ġesù Redentur) mal‑Bażilika ta’ Marija Bambina, l‑Isla. Kull min jgħaddi minn dawn il‑bibien jista’ jikseb l‑Indulġenza Plenarja u japplikaha għalih innifsu jew għal xi ħadd ieħor. B’dan il‑ġest sempliċi, il‑Knisja turina l‑kobor tal‑ħniena t’Alla, li lest jilqa’ għandu kull min irid jitħabbeb miegħu mill‑ġdid.L‑Indulġenza Plenarja tfisser li persuna tkun meħlusa mit‑tpattija tad‑dnubiet tagħha. Biex tinkiseb l‑Indulġenza, il‑persuna trid tkun niedma tassew minn dnubietha, tkun qerret u tqarbnet waqt il‑Quddiesa, u toffri talb skont l‑intenzjoni tal‑Papa (per eżempju billi titlob it‑talba tal‑Missierna u s‑Sliema). Il‑qrara u t‑tqarbina jistgħu iseħħu sa 20 jum jew qabel jew wara li l‑persuna tkun għaddiet minn wieħed mill‑Bibien tal‑Ħniena imxerrda fid‑dinja kollha.F’kas ta’ persuni morda, anzjani jew b’diżabilità, dawn jistgħu jittieħdu fi kwalunkwe knisja. Jekk lanqas dan ma jkun jista’ jsir, l‑Indulġenza tista’ tinkiseb ukoll mid‑dar jew mir‑residenza fejn il‑persuna tinsab. Minflok il‑Quddiesa, il‑persuna tista’ titlob ir‑Rużarju jew il‑Via Sacra jew xi talb ieħor weħidha jew aħjar mal‑familja.L‑Uffiċċju Komunikazzjoni qiegħed jippublika l‑ħinijiet tal‑ftuħ tal‑Bibien tal‑Ħniena u tal‑ħinijiet tal‑Qrar fit‑tliet knejjes, fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.
KATIDRAL TAL‑IMDINA
Ftuħ tal‑Bieb tal‑ĦnienaMit‑Tnejn sas‑Sibt: mis‑7.00pm sas‑7.00pmIl‑Ħadd: mis‑7.00am sa 12.00pm, u mit‑3.00pm sas‑7.00pmSagrament tar‑RikonċiljazzjoniMit‑Tnejn sal‑Ħadd: mid‑9:30am san‑12:30pmIl‑Ġimgħa filgħaxija: mill‑4:30pm sas‑7:30pmQuddies fil‑Katidral tal‑ImdinaMit‑Tnejn sas‑Sibt: 9:00am, 6:00pmIl‑Ħadd: 9:30am, 11:00am, u 6:00pmSANTWARJU TAL‑MADONNA TAL‑MELLIEĦA
Ftuħ tal‑Bieb tal‑ĦnienaMit‑Tnejn sal‑Ħadd: mit-8:00am sas-6:00pmFis‑sajf: mit-8:00am sas-7:00pmSagrament tar‑RikonċiljazzjoniQabel u wara l‑QuddiesQuddies fis‑SantwarjuMit‑Tnejn sas‑Sibt: 8:30amIl‑Ħadd: 10:00am (bl‑Ingliż)L‑ORATORJU TAL‑KURĊIFISS MAL-BAŻILIKA TA’ MARIJA BAMBINA, L-ISLA
Ftuħ tal‑Bieb tal‑ĦnienaMit‑Tnejn sal‑Ħadd: Mis‑6:00am sal‑11:30am, u mill‑4:00pm sas‑6:30pmSagrament tar‑RikonċiljazzjoniQabel u wara l‑QuddiesQuddies fil‑Bażilika ta’ Marija BambinaĦdud u Festi: 7:00am, 8:00am, 9:15am, 11:00am, 6:00pmSibtijiet filgħaxija: 6:00pmMit‑Tnejn sas‑Sibt: 6:30am, 7:45am, 6:00pmKull nhar ta’ Ġimgħa: 6:30am, 7:45am, 10:00am, 6:30pmKull l‑ewwel Ġimgħa tax-xahar: 6:30am, 7:45am, 10:00am, 5:00pm, 6:00pmIl‑Knisja tfakkar ukoll li f’Ras ir‑Randan u nhar il‑Ġimgħa l‑Kbira, kull min għalaq it‑18‑il sena u għadu ma daħalx fis‑60 sena u mhux skużat minn xi raġuni serja, għandu d‑dmir li jsum, waqt li kull min għalaq l‑14‑il sena għandu l‑obbligu li jastjeni milli jiekol laħam jew ikel ieħor li jogħġbu ħafna.Filwaqt li tinkuraġixxi l‑penitenza fi żmien ir‑Randan, l‑Knisja tixtieq tfakkar li fost il‑jiem u ż‑żmienijiet tal‑penitenza hemm il‑jum tal‑Ġimgħa matul is‑sena kollha.




