-
-
It-Tlieta 7 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, u l-Vigarju Ġenerali flimkien mal-impjegati tal-Kurja ferħu lil Monsinjur Lawrence Gatt f’għeluq it-80 sena minn twelidu.
Monsinjur Lawrence Gatt twieled Raħal Ġdid fl-1937, u ġie ordnat saċerdot fl-1962. Wara daħal fil-Pontificia Accademia Ecclesiastica f’Ruma li tipprepara l-presbiteri għas-servizz diplomatiku, f’ħidma li beda jwettaq fl-1971.
Fl-1976 Monsinjur Lawrence Gatt irritorna Malta u kien appuntat Rettur tas-Seminarju sal-1987, meta ħa post Monsinjur Mikiel Azzopardi bħala Direttur tad-Dar tal-Providenza. F’Lulju tal-2008 kien maħtur Kanċillier tal-Kurja tal-Arċisqof, fejn għadu jservi dan l-irwol sal-lum.
-
-
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja